Għid il-Ħamsin

Veni Sancte Spiritus!

Illum qed niċċelebraw waħda mill-akbar festi tal-Knisja, qed niċċelebraw l-jum li jfakkar  it-twelid tal-Knisja. Kollox beda f’dan il-Jum, bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu. Fl-aħħar ikla, Ġesù jagħmel wegħda lid-dixxipli tiegħu li wara t-tluq tiegħu minn din id-dinja kien ser jibgħatilhom id-don tal-Missier, jiġifieri l-Ispirtu s-Santu. Din il-wegħda ta’ Ġesù ġiet fis-seħħ nhar Għid il-Ħamsin, mingħajr ħadd ma kien qed jistenna li se jseħħ dak li seħħ, ibda mid-dixxipli tiegħu. Il-Papa Franġisku f’Omelija nhar Għid il-Ħamsin jgħid: “Kristu msebbaħ fuq…

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid

“Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha.” Ġesu Kristu, rxuxtat, rebbieħ fuq il-mewt u t-tama tagħna għall-ħajja ta’ dejjem; Kristu li f’wiċċ it-tbatija, minkejja dak kollu li kien għaddej minnu, ma waqax għat-tentazzjoni li jmur kontra dak li kellu jagħmel, issa qiegħed jgħidilna biex il-messaġġ tiegħu ta’ mħabba nwassluh lil kulħadd. Hu, ir-rebbieħ fuq kollox, dak li jafna personalment, qiegħed jafdalna din il-missjoni tant importanti. Illum qiegħed jgħidilna, bħalma qal lid-dixxipli elfejn sena ilu, biex l-esperjenza sabiħa li aħna għandna…

Is-Sitt Ħadd tal-Għid

Fis-silta li tippreżentalna l-Knisja ninsabu fid-diskors twil u importanti li Ġesù jagħmel qabel il-ġrajja importanti tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Hija silta li tkompli mal-Evanġelju tal-Ħadd li għadda u tkompli tagħti tweġiba għal mistoqsija ta’ Filippu “Urina l-Missier”.

Ġesù jkompli jagħtina r-risposti għal dawn il-mistoqsijiet. “U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem” Ġesù jagħmel wiegħda importanti għalina li mhux ser iħallina waħedna. Il-preżenza tiegħU mhux ser tieqaf jew tispiċċa meta jitla’ għand…

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

Fl-Evanġelju skont San Ġwann kapitlu 14 niltaqgħu ma’ Ġesù li jassikurana, jittamana, iqawwilna qalbna u b’saħħa kbira jinkoraġġina. Ġesù ma jħalli l-ebda lok għal dubju, għal biża’ jew għal qtigħ il-qalb.

Fi Ġwanni 14 Ġesù ma jċanfarx, lanqas meta ffaċċjat mill-pessimiżmu akut post-Resurrezzjonali tad-dixxipli u tal-appostli magħżula minnu. Drabi oħra Ġesù ġie li ħass il-bżonn li jiġbdilhom l‑attenzjoni u anke jċanfarhom għan-nuqqas ta’ fidi tagħhom. Imma hawnhekk le: “Tħallux qalbkom titħawwad ….. jiena l-Verità …  Jiena l-Ħajja …. (sempliċiment) ……

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

Min hu dan ir-Ragħaj?

Xi snin ilu ltaqajt ma’ ragħaj li kellu merħla nagħaġ mhux ħażin u aħna u nitkellmu nnutajt il-mod kif hu jagħraf kull nagħġa li għandu. Minkejja li jidhru l-istess, kollha jafhom b’isimhom, u meta jsejħilhom bis-sejħa partikolari tiegħu tarahom ġejjin. L-aktar ħaġa li kienet interessanti hi li dan kellu nagħġa u kellha żewġt iħrief u meta jgħidilha biex tmur għal frieħ din tmur għalihom u ġġibhom magħha. Fir-realtà min hu r-ragħaj? Ir-ragħaj huwa dak li jinteressah mill-merħla…

It-Tielet Ħadd tal-Għid

Filwaqt li ma emmnux, kienu qegħdin jitkellmu fuq il-Mulej !

L-evanġelista Luqa jirrappreżenta qabża kbira – mid-dwejjaq li ħassew meta sabu qabar vojt għall-ferħ li tqanqal fihom fil-laqgħa li kellhom mal-Mulej. F’dan ir-rakkont li jinsab biss fl-evangelju ta’ Luqa insibu żewġ dixxipli, li jirrapreżentaw il-komunita’ kollha. F’din il-mixja Kleofa u  dixxiplu ieħor jiltaqgħu ma’ Ġesù, imma ma jagħrfuhx.

It-testment il-qadim ilaqqagħna ma’ numru ta’ każijiet fejn il-poplu magħżul jiltaqa’ ma’ Alla. Eżempju ta’ dan hi…

It-Tieni Ħadd tal-Għid

Nixtieq li flimkien nimmaġinaw il-kommossjoni meta d-dixxipli reġgħu lemħu lil Ġesu. Nimmaġina lil Pietru jgħajjat u jitkaża: X’għidtlek? Qed tara kif kelli raġun? Imbasta merejtni!

Però Ġesu ma jaħmilx jara lid-dgħajjef f’kantuniera. Għalhekk nimmaġinah li jdawwar dirgħajh ma spallejn Tumas, mistagħġeb kif kien, imbellaħ bid-dehra quddiem għajnejh, u jieħdu f’kantuniera waħdu. Hu u Tumas biss. Ilissen l-ewwel kliem Ġesu stess: ‘Poġġi subgħajk hawnekk’. Iżda dawn ma kenux kliem tqal mimlijin ċanfira għax…

Ħadd il-Għid

“Mhuwiex hawn! Qam kif kien qal.”

Illum niċċelebraw l-Għid il-Kbir, u f’dan il-jum irridu niftakru li Ġesù mhuwiex biss ruħ li telgħet l-ġenna. Kristu Rxoxt, bħalma jgħidilna San Pawl fl-Ittra tiegħu lill-Kolossin, huwa l-ewwel frott ta’ ħajja ġdida. Natura ta’ bniedem totalment ġdida dehret u ġiet irrivelata lilna. Is-salib kien biss passaġġ, post proviżorju.

Il-Qawmien tal-Mulej mill-mewt mhuwiex simbolu jew metafora. L-ewwel Insara ma ssagrifikawx ħajjithom għal metafora. L-ewwel dixxipli ma marrux ixandru mad-dinja kollha l-bxara t-tajba għax emmnu f’xi għajdut….

Ħadd il-Palm

Jiena Daqsxejn ta’ Ħmara

Naħseb uħud minna ġieli semgħu l-għanja “Jiena Daqsxejn ta’ Ħmara” li jkantaw it-tfal mhux f’dan iż-żmien imma fiż-żmien ferrieħi tal-Milied. Tgħiduli x’għandu x’jaqsam il-ħmar li narmaw fil-presepju fil-Milied mal-Ġimgħa Mqaddsa li għadna kif bdejna llum?

Il-ħmara torbot it-twelid u l-mewt ta’ Ġesù, il-Milied u l-Għid. Narawha ssaħħan it-tarbija Ġesù fil-maxtura u llum narawha dieħla b’Ġesù fuqha Ġerusalemm. Leġġenda ħelwa tgħidilna wkoll li din il-ħmara tant ħabbet lil Sidha li marret warajh sal-Kalvarju. Id-dell tas-salib waqa’ fuq daharha…

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Mill-Mewt għall-Ħajja

Matul dawn l-aħħar Ħdud tar-Randan, l-enfasi fl-Evanġelji kienet fuq is-sagrament tal-Magħmudija – dak is-sagrament li jwellidna mill-ġdid u jagħmilna wlied Alla. Għalkemm ma jissemiex direttament fl-Evanġelju, is-simboli li juża San Ġwann jippuntaw lejn dan is-sagrament li rċevejna meta konna żgħar u li għandna ngħixuh tul ħajjitna kollha.

Wieħed jista’ jinnota li l-qari tal-lum huwa marbut ħafna mal-mewt. Filfatt, fl-ewwel qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel, nisimgħu kif l-oqbra tagħna jerġgħu jinfetħu u aħna nerġgħu nimtlew bil-ħajja. L-istess tema insibuha wkoll fit-tieni qari mill-Ittra…