Għandi l-għatx!
Iż-żewġ kelmiet qawwija li Ġesù jlissen fuq is-salib “Għandi l-għatx”, illum nisimgħuhom jidwu f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann. Illum, nerġgħu naraw lil Ġesù jinħakem mill-għatx. Dan l-għatx ta’ Kristu jwassal biex il-mara Samaritana, il-protagonista ta’ din is-silta, tinduna hi wkoll li kienet bil-għatx. X’inhu l-għatx ta’ Ġesù? U x’kien il-veru għatx li kellha l-mara Samaritana?
Jolqotni ħafna, f’din is-silta, il-mod kif Ġesù jiltaqa’ ma din il-mara Samaritana b’mod li jista’ jidher aċċidentali….