Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2015, Festa ta’ San Tumas Appostlu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jordna erba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u wieħed reliġjuż) waqt Quddiesa fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6:30 p.m.
L-erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
Rev. Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema,
Rev. Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid,
Rev. Bertrand Vella OFM Cap,
Rev. Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal velja ta’…
Tiftaħ it-televixin jew il-gazzetta u tara jew taqra dwar qtil ’l hawn u gwerer ’l hemm, serq, sfruttar ta’ persuni, kriminalità u iktar. Iċempillek xi ħadd tal-familja jew tiltaqa’ ma’ xi ħadd li tafu u jirrakkuntalek fuq xi marda jew biċċa inkwiet oħra fil-familja. Tmur ix-xogħol u xi ħadd minn sħabek jiftaħ qalbu
miegħek li għandu l-problemi mal-mara jew mar-raġel, jew forsi inkwetat bit-tfal minħabba xi vizzju jew relazzjoni li qiegħda…
Diġa għaddew ħmistax!! Hekk bdejt ngħid miegħi innifsi filwaqt li naħseb minn dak kollu li għaddejt dawn l-aħħar ġimgħatejn. L-għada tad-9 ta’ Novembru, ħsibt li qed noħlom ħolma, iżda ma kinetx. Il-parruċċani, sħabi fost oħrajn, iħarsu lejja u jitbissmu x’ħin jarawni liebes ftit differenti, imma kont u għadni nħossni li bqajt l-istess persuna. Għalkemm bqajt bil-karrattru tiegħi, nemmen li l-Mulej qed jaħdem permezz tal-faqar tiegħi. Fija nħoss dik ir-responsabilta’ ta’ dak kollu lil wegħdt lil Alla quddiem l-Isqof u…
Tomorrow, Sunday 9th November, 2014, four seminarians and a Capuchin friar are going to be ordained deacons by His Lordship Monsignor Charles J. Scicluna, Titular Bishop of San Leone, Apostolic Administrator, Sede Vacante, during a mass celebrated at Christ the King Parish Church, Paola, commencing at 6:00pm.
The five deacons-to-be are, Carlo Calleja from Stella Maris Parish Church, Sliema, Abraham D’Amato, from St Peter in Chains Parish, Birżebbuġa, Christopher Ellul, from Christ the King Parish, Paola, Br Bertrand Vella OFMCap…
Ix-xbieha tar-ragħaj hija waħda komuni ħafna fl-Iskrittura Mqaddsa, kemm fit-Testment il-Qadim kif ukoll fit-Testment il-Ġdid.
Mhux biss hemm referenza għal kif m’għandux ikun ragħaj, imma wkoll għal kif għandu jġib ruħu ragħaj li jaħseb bil-Moħħ ta’ Kristu, ir-Ragħaj il-Kbir.
Agħfas hawn għal dokument PDF b’ mistoqsijiet ta’ riflessjoni fuq din it-tema
Ragħaj li jaħseb bil-moħħ ta’ Kristu