Dun Jimmy Bonnici

Dun Jimmy Bonnici huwa mill Mosta u ġie ordnat saċerdot fl 1998. Wara li fl 2004 temm id dottorat fit Teoloġija Spiritwali fl Università Gregorjana f’Ruma, serva għal diversi snin bħala direttur spiritwali fl iskola San Andrea u bħala direttur tal Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Dun Jimmy Bonnici huwa lettur fil Fakultà tat Teoloġija fl Università ta’ Malta, Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Maltija, u rettur tal-Knisja taż-Żebbiegħ. L Arċisqof Charles Jude Scicluna nnominah għat-tieni darba bħala Rettur tas Seminarju…

Dun Carlo Calleja

Dun Carlo Calleja huwa minn Tas Sliema u ġie ordnat saċerdot fl 2015. Sena wara ggradwa mill Fakultà tat Teoloġija fl Università ta’ Malta, u serva l-ewwel bħala djaknu u mbagħad bħala saċerdot fil parroċċa ta’ San Pietru fil Ktajjen, Birżebbuġa. Fl 2020 kiseb dottorat fit Teoloġija Morali minn Boston College fl-Istati Uniti. Dun Carlo huwa lettur fil Fakultà tat Teoloġija u jagħti servizz pastorali fil parroċċa ta’ Stella Maris, Tas Sliema. L-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Viċi-Rettur tas-Seminarju…

Dun Mark Sultana

Dun Mark Sultana ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Settembru 2000. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Imġarr. Studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma, fejn kiseb id-dottorat fil-filosofija. Fl-2005 beda jgħallem il-filosofija fl-Università ta’ Malta u fl-2008 nħatar Direttur tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u Prefett tal-Istudji fis-Seminarju tal-Arċisqof, waqt li ħadem fil-parroċċi tal-Isla, tal-Ibraġ u tas-Swatar. Dun Mark Sultana huwa lettur anzjan fil-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta. L-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Direttur Spiritwali tas-Seminarju f’Ottubru 2016.

Dun Bastjan Caruana

Dun Bastjan Caruana ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala Viċi-Kappillan. Fl-1999 mar għal xogħol missjunarju f’Korçë, l-Albanija. Lura Malta, f’Jannar tal-2002 inħatar Viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u f’Diċembru nħatar Kappillan tal-imsemmija parroċċa. Fl-2015 inħatar Direttur Spiritwali residenti fis-Seminarju tal-Arċisqof, u fl-2016 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta, waqt li baqa’ jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju.

Dun Josef Mifsud

Dun Josef Mifsud ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala Viċi-Kappillan. Fl-2010 nħatar Kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara. Fl-2018 beda jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju, u fl-2019 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.