MESSAĠĠ MIR-RETTUR
IS-SEMINARJU HUWA...

Huwa fejn nitgħallem kif inħobb.
Adam Baldacchino, fit-tielet sena
Familja li fiha tkompli tiskopri s-sejħa ta' Alla - qatt waħdek imma dejjem flimkien.
Anis Riahi, fit-tieni sena
Fejn l-aħwa tal-komunità jikbru f'aspetti differenti biex jilħqu għan komuni: li jħobbu u jixbhu iżjed lil Ġesù.
Luke Vella, fir-raba’ sena
Il-post li jgħini nkun quddiem Ġesù biex nagħraf aħjar is-sejħa tiegħi.
Daniel Abela, fir-raba’ sena
Il-post fejn issir taf aħjar lilek innifsek permezz tad-diversi esperjenzi u formazzjoni li jwassluk biex tifhem u tagħraf l-Imħabba li hemm f’din is-sejħa ta’ servizz.
Marvic Mallia, fil-ħames sena
Il-post fejn jiena nsir naf aħjar min jien, fejn jgħini nkompli nfittex fuq is-sejħa u li din hija għotja lil Alla u lill-oħrajn.
Dun Karl Andrew Schembri, saċerdot
Post ta’ formazzjoni fejn wieħed, filwaqt li jkompli jiddixxerni s-sejħa tiegħu, jiġi ffurmat b’mod ħolisitku biex jingħata f’servizz totali għall-Poplu t’Alla.
Dun Malcolm John Saliba, saċerdot
Fejn is-seminarista jirċievi formazzjoni umana, spiritwali, intelletwali u pastorali, filwaqt li jkompli jimxi lejn l-imitazzjoni ta’ Kristu, ir-Ragħaj il-Kbir.
André Psaila, fil-ħames sena
L-esperjenza li fiha niġi kkonformat ma’ Kristu.
Rev Matthew Sammut, fis-seba’ sena










