Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Lq 15:1-3.11-32
F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom lejn Ġesù biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”
U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru: ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid’. U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u…
“The Church is like a field hospital after battle”
The image, and vision of Church I relate to the most is that of a “field hospital after battle”, a place where the wounded are to be treated, helped, and healed, as described by Pope Francis. This in my opinion, should stem from the fact that “the church is the body of Christ in History” as Oscar Romero often proclaimed. That is why I believe that we need to be a Church who listens to the voice…
It-Tieni Ħadd tal-Avvent
EVANĠELJU Lq 3:1-6
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Iżaija:
“Leħen ta’…
Ir-Randan fis-Seminarju
Ir-Randan huwa żmien importanti fi ħdan il-Knisja Kattolika: huwa żmien ta’ talb, u sawm. Fis-seminarju naraw ir-Randan bħala opportunità biex nikkontemplaw dak li verament għamel għalina Sidna fuq is-Salib. Din is-sena minħabba COVID-19 qed nerġgħu nesperjenzaw ir-Randan minn perspettiva differenti. Bħala seminarju nimmeditaw fuq is-salib, immeditajna fuq il-mod kif sofriet Marija ma’ Ġesù. Fil-meditazzjonijiet tagħna ffukajna fuq: il-qawwa ta’ Alla, l-imħabba ta’ Alla, il-Qdusija ta’ Alla, is-salvazzjoni ta’ Alla, il-maħfra ta’ Alla, l-Umiltà ta’ Alla, l-għerf ta’Alla,…
Insiru t-Tempju
Evanġelju
Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.
Ġw 2:13-25
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kien jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!”. Id-dixxipli…
Is-sena barra
Fi ħdan is-sena barra ġraw ħafna affarijiet. Aħna bħala seminaristi mħeġġin nagħmlu xi ħaġa differenti, f’dan iż-żmien ‘il bogħod mis-seminarju. Kelli bosta pjanijiet u kont ħerqan biex nara partijiet differenti tad-dinja. L-ewwel parti tas-sena barra tiegħi kienet dik li jiena sejjaħt ‘work phase’. Sibt xogħol naħdem bħala ‘care worker’ fil-Fondazzjoni Dar ta’ San Ġużepp, dar għas-subien immexxija mill-komunità MSSP. Sibt ukoll xogħol part-time naħdem ma’ JRS bħala koordinatur tal-outreach. Il-ħidma mas-subien f’Dar ta’ San Ġużepp kienet esperjenza…
Il-Kandidatura
Għaddew 5 snin minn meta dħalt l-ewwel darba fis-Seminarju. Qisu lbieraħ meta għidt lill-familja u l-ħbieb li ridt insir Saċerdot. Il-formazzjoni tas-Seminarju tinvolvi ħafna sigħat ta’ tfittxija personali tar-ruħ kif ukoll konversazzjonijiet u tagħlim minn persuni oħra li wieġbu għas-sejħa partikolari ta’ Alla għas-Saċerdozju. Ħafna sigħat ta’ talb, riflessjoni, studju u direzzjoni spiritwali ġabuni f’dan il-punt ta’ ħajti.
Il-Kandidatura hija rit li jseħħ waqt il-formazzjoni tas-Seminarju, li bih il-Knisja tirrikonoxxi li s-Seminarista huwa denju…
Ħajja ta’ talb
Il-prinċipju bażiku tal-formazzjoni spiritwali huwa “li tgħix f’għaqda intima u bla waqfien ma’ Alla l-Missier permezz ta’ Ibnu, Ġesù Kristu, fl-Ispirtu s-Santu” (PPF107). L-ispiritwalità tas-saċerdot hija karatterizzata minn talb, kastità, ubbidjenza matura, sempliċità tal-ħajja u ġustizzja soċjali, b’imitazzjoni ta’ Ġesù Kristu. “Għal kull saċerdot il-formazzjoni spiritwali tiegħu hija l-qalba li tgħaqqad u tagħti l-ħajja lil dak li hu qassis u li jaġixxi bħala saċerdot” (PDV, nru 45).
Fis-seminarju nippruvaw insibu l-bilanċ bejn it-talb, ix-xogħol…
Ħadd il-Għid
“Mhuwiex hawn! Qam kif kien qal.”
Illum niċċelebraw l-Għid il-Kbir, u f’dan il-jum irridu niftakru li Ġesù mhuwiex biss ruħ li telgħet l-ġenna. Kristu Rxoxt, bħalma jgħidilna San Pawl fl-Ittra tiegħu lill-Kolossin, huwa l-ewwel frott ta’ ħajja ġdida. Natura ta’ bniedem totalment ġdida dehret u ġiet irrivelata lilna. Is-salib kien biss passaġġ, post proviżorju.
Il-Qawmien tal-Mulej mill-mewt mhuwiex simbolu jew metafora. L-ewwel Insara ma ssagrifikawx ħajjithom għal metafora. L-ewwel dixxipli ma marrux ixandru mad-dinja kollha l-bxara t-tajba għax emmnu f’xi għajdut….