Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battista kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu”.
U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik…
Il-Papa u l-politika
Nemmen li meta nħarsu lejn il-fidi u s-sejħa tagħna li nkunu nsara ħafna drabi ninsew li għandna wkoll d-dimensjoni soċjali. Ninsew li aħna msejħin biex inkunu nsara fl-ambjenti kollha, allura anke fis-soċjetà u fil-mod ta’ kif din titmexxa. Nemmen li Papa Franġisku matul il-Papat tiegħu qed jagħti kontribut kbir fir-rigward tas-soċjetà u l-politika.
Il-Papa Franġisku waqt li kien ġewwa l-Brazil għall-World Youth Day, iddeskriva l-politika bħala waħda mill-forom ogħlja ta’ mħabba, ta’ karità. Il-Papa…
Għall-Ġenna?
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 5:1-12a)
F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.
U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom…
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 5:1-12a)
F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.
U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom…
Il-Familja u l-Vokazzjoni
L-ewwel għajn ta’ formazzjoni għal kull persuna hija l-familja. Min jaf kemm niftakru f’pariri li jkunu tawna l-ġenituri fil-passat u li jerġgħu jitilgħu fil-wiċċ f’ċirkustanzi diffiċli. L-esperjenza fil-familja tista tkun waħda li tibni iżda sfortunatament tista tkun waħda li tkisser lill-bniedem. Għalhekk jeħtieġ li nitolbu għall-familji tagħna biex ikunu post ta’ formazzjoni, li jgħinu fil-bini tal-identita, tal-karattru u tar-relazzjoni ma’ Alla. Jingħad li meta il-Papa Piju X, ġie ordnat isqof, huwa mar juri ċ-ċurkett lil ommu u…
Mixja lejn l-eternità (Ġw 3:16-18)
Fl-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd naraw il-laqgħa ta’ Ġesù ma’ Nikodemu, li tajjeb niftakru li ssir fis-satra tal-lejl, turina x-xewqa f’qalbu għall-verità, iżda wkoll il-biża’ li żżomm lil Nikodemu mistur fid-dalma tal-lejl. Tajjeb niftakru wkoll fis-sejħa li jagħmel Ġesù lil Nikodemu, għat-twelid mill-ġdid fl-Ispirtu:
Alla jħobb lid-dinja
Meta qed nitkellmu fuq l-imħabba lejn id-dinja, mhijiex biss imħabba b’mod kollettiv, iżda wkoll b’mod personali, għall kull individwu. Infatti Alla jħobbna lkoll għax iħobb…
L-ilma tat-tisfija (Mt 3:13-17)
Ġesù li kien moħbi mill-infanzja tiegħu sa issa jagħżel li jibda l-ministeru pubbliku tiegħu fil-Ġordan fejn Ġwanni kien qed isejjaħ għall-indiema u jgħammed. Proprju Ġesù jibda l-ministeru tiegħu fil-post fejn l-iktar kien hemm stennija għaliH.
L-ilma tal-Ġordan, bħal xmajjar kbar oħra, jagħti l-ħajja lill-art u għadu hekk sal-lum. Infatti dan l-ilma nistgħu naraw fih l-ilma tat-tisfija, ħelsien mill-ħmieġ tal-imgħoddi li jtaqqal lill-ħajja, li jagħti ħajja ġdida, bidu ġdid u frisk. Dan huwa rifless fit-teoloġija Nisranija tas-sagrament tal-magħmudija.
Papa Franġisku jagħmel din…
It-Tmien Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Ftit ilu għanda kemm iċċelebrajna San Valentinu. Il-bejjiegħa tal-fjuri u tad-deheb huma żgur l-iktar nies li ndunaw b’din il-festa, għaliex kulħadd jieħu l-opportunita’ biex jixtri rigal lill-maħbub jew maħbuba. Imma x’inhu s-sinifikat wara rigal? Jiena naħseb l-iktar messaġġ li joħroġ f’rigal huwa l-imħabba li hemm bejn iż-żewġ persuni li hija frott ta’ relazzjoni bejniethom. F’rigal ħafna drabi noħorġu x-xewqa li din ir-relazzjoni titkompla u tissaħħaħ. Iżda r-relazzjoni ma tissaħħax bir-rigali imma l-iktar bil-preżenza flimkien. Din mhijiex biss mal-persuni ta’…
“I Thirst”
During this year dedicated to Mercy, Pope Francis canonized Mother Theresa, an inspirational person to all mankind. In every chapel that belongs to the Missionaries of Charity one finds a cross and the words “I Thirst” alongside. These remind us of the thirst that Christ has for each and every one of us.
During my time at university I have noted a thirst that many students have in their heart. Unfortunately many of them satiate this thirst with many worldly…