Filli kont għadni nibda s-Seminarju u filli għaddew kważi 7 snin… f’tebqa’ t’għajn! Ftit tax-xhur ilu ġejna ordnati djakni u fi ftit tax-xhur oħra niġu ordnati saċerdoti, jekk Alla jrid… Ninsab fi żmien ħelu fejn bħala djaknu għadni ngħix is-Seminarju u mmur l-Università għall-istudju, iżda issa wkoll bdejt induq ftit mill-ħajja tal-qassis fil-parroċċa.
Kelli x-xorti ngħammed, inżewweġ, nippriedka, u nagħti l-barka. Esperjenzi qawwija li għallmuni l-umilta’, iżda l-aktar ħaġa li laqtitni kienet kif xi nies bidlu l-mod ta’ kif jitrattaw…