Meta kont tfajjel, kont nattendi l‑quddiesa ta’ Ħamis ix‑Xirka u kont nara purċissjoni ta’ qassisin ta’ kull sura u età. Imbagħad kont nisma’ fl‑Evanġelju lil Ġesù “jħabbar il‑ħelsien lill‑imjassrin” u “jxandar is‑sena tal‑grazzja tal‑Mulej”. Kont nissaħħar nisma’ dan il‑kliem, li żgur sawwar fija sejħa għas‑saċerdozju.
Il‑kliem ta’ Ġesù rajtu jseħħ fil‑ħajja ta’ bosta qassisin – kemm meta kont inqerr jew nieħu sehem fil‑quddiesa u nesperjenza l‑grazzja u l‑ħelsien, u kemm meta, bħala qassis, rajt…