Xejn la tibża’ – Mt 1:18-24
Fl-Evanġelju ta’ San Luqa, ir-rakkonti tal-infanzja ta’ Ġesù huma ċentrati mal-figura ta’ Marija. Ir-rakkonti tal-infanzja fis-silta ta’ San Mattew li naqraw fir-raba’ Ħadd tal-Avvent huma ċentrati madwar il-figura ta’ Ġużeppi, l-għarus ta’ Marija li jaċċetta lil Ġesù bħala l-iben tiegħu. Ġużeppi ġej min-nisel ta’ David, u huwa permezz tiegħu li Ġesù jappartjeni għal dan in-nisel. Għalhekk huwa f’Ġesù li jintlaħaq il-qofol tal-wegħdiet li Alla jagħmel lil David u n-nisel tiegħu. Ninsabu hawn f’kuntest taż-żwieġ…